Sewwieq ta' mutur l-isptar wara inċident fl-Imsida

Inċident li seħħ dalgħodu jħalli persuna l-isptar bi ġrieħi gravi

Illum għall-ħabta tat-8:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Wied tal-Imsida, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti ż-Żurrieq u mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel Ingliż ta’ 46 sena residenti l-Għasri, Għawdex.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka