Raġel iweġġa' wara li waqa minn fuq sellum fi skola primarja

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Qasam Barrani

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fi skola fil-Mellieħa.

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Qasam Barrani.

Ir-raġel ta’ 57 sena mill-Mosta ttieħed Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ. 

More in Kronaka