Anzjan jinstab mejjet wara li waqa' tliet sulari

Is-sejba saret ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15pm fil-Pietà

Il-Pulizija sabu anzjan ta' 75 sena fil-Pietà.

Is-sejba saret ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15pm.

L-anzjan kien irrapportat nieqes ilbieraħ stess mill-qraba tiegħu. Huwa nstab bla ħajja fi ġnien pubbliku fi Triq l-Indipendenza.

Jidher li l-anzjan waqa' għoli ta' tliet sulari.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka