Ħadd ma weġġa' meta blokka ta' appartamenti ħadet in-nar f'Tas-Sliema

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:30pm fi Triq Bisazza

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Ħadd ma' weġġa' meta blokka ta' appartamenti ħadet in-nar fi Triq Bisazza f'Tas-Sliema.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:30pm.

Ir-residenti ġew evakwati, b'ambulanzi jissejħu fuq il-post u l-pumpiera jissieltu man-nirien.

Il-Protezzjoni Ċivili kkontrollat in-nirien f'qasir żmien.

More in Kronaka