Aġġornata | Imut ir-raġel li lbieraħ ittella' mill-baħar mitluf minn sensih

Huwa ttella' minn żewġ persuni li kienu fil-viċin

Raġel tilef ħajtu wara li ttella’ mill-baħar mitluf minn sensih.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:15pm fiż-żona ta’ Fra Ben, il-Qawra.

Il-raġel ittella` l-art, mitluf minn sensih, minn żewġ persuni li kienu fuq il-blat fil-viċin u minnufih kien mgħoti għajnuna minn tim mediku, sakemm waslet l-ambulanza fuq l-post.

Ir-raġel ta’ 60 sena mill-Bożnija-Ħerzegovina u residenti San Pawl il-Baħar ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, iżda llum ġie ċċertifikat mejjet. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka