Aġġornata bir-ritratt | Raġel mejjet fuq dinghy u ieħor mitluf minn sensih ftit 'il barra minn Malta

Il-każ seħħ kmieni lbieraħ waranofsinhar bil-Forzi Armati ta' Malta joħorġu biex isalvaw lill-persuni iżda wieħed minnhom kien mejjet

 

Raġel instab mejjet u ieħor mitluf minn sensih fuq dinghy ftit 'il barra minn Malta.

Kienu l-Forzi Armati ta' Malta li lbieraħ kmieni waranofsinhar ħarġu permezz ta' ħelikopter biex isalvaw liż-żewġ immigranti rġiel.

Wieħed minnhom ittella' permezz tal-ħelikopter u ttieħed Mater Dei fejn jinsab f'qagħda kritika.

Ir-raġel l-ieħor kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Intant, il-Forzi Armati ta' Malta għadhom għaddejja bi tfittxija għal aktar immigranti li jistgħu jkunu fiż-żona.

More in Kronaka