Sewwieq ta' mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta fiż-Żurrieq

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2:50am fi Triq Valletta

Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet matul il-lejl li għadda.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-2:50am fi Triq Valletta, fiż-Żurrieq.

Is-sewwieq ta' mutur li għandu 25 sena u li huwa mill-Italja, ħabat ma' vettura misjuqa minn Ingliż ta' 19-il sena residenti Wied il-Għajn.

Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka