Il-Pulizija ssib katavru li x'aktarx huwa ta' tfajla rrappurtata nieqsa fl-2008

Raġel, suspettat li kien il-moħħ wara dan l-omiċidju, ġie arrestat

Il-Pulizija sabet katavru li x’aktarx huwa tat-tfajla li kienet ilha rrappurtata nieqsa mill-2008.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li sabet il-katavru, li x'aktarx huwa tat-tfajla minn San Pawl il-Baħar, fl-akkwati tal-Belt Valletta.

Jidher ukoll li ġie arrestat raġel b’rabta ma’ dan l-omiċidju.

Is-sejba saret ilbieraħ wara sigħat twal ta’ investigazzjoni mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema u dawk tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet tal-Omiċidji mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

Intant, se jkunu qed isiru eżamijiet mediċi u forensiċi biex tkun stabbilita l-identità tal-persuna.

Dwar dan il-każ, infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka