13-il persuna jmutu wara nirien fi studjow popolari tal-animazzjoni fil-Ġappun

Raġel li deher ixerred likwidu madwar l-istabbililment ġie arrestat

Ritratt | Reuters
Ritratt | Reuters

Minn tal-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom wara li studjow tal-animazzjoni fi Kyoto fil-Ġappun, ingħata n-nar.

Skont ufiċjali, raġel daħal fl-istudjow popolari ta’ Kyoto Animation kmieni dalgħodu u xerred likwidu madwar l-istabbiliment, qabel ingħata n-nar.

Madwar 30 persuna għadhom irrappurtati nieqsa.

Intant, ir-raġel suspsettat li ta n-nar lill-istudjow ġie arrestat u bħalissa jinsab l-isptar wara li anke hu ġarrab xi ġrieħi.

Għadu mhux magħruf x’rabta kellu dan ir-raġel mal-istudjow.

More in Kronaka