Żewġ persuni bi ġrieħi gravi wara inċident f'San Ġwann

Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Triq tal-Balal
Triq tal-Balal

Żewġ persuni qed isofru minn ġrieħi gravi wara inċident f'San Ġwann.

Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-21:30 pm, fi Triq Tal-Balal, limiti ta’ San Ġwann.

Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija jirriżulta li għal xi raġuni jew oħra seħħ impatt bejn mutur misjuq mir-raġel ta' 55 sena u vettura misjuqa mill-mara ta’ 34. Mara ta’ 54 sena residenti Tas-Sliema kienet passiġġiera fuq il-mutur.

Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li ż-żewġ persuni qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka