Mara fil-periklu tal-mewt u tifla bi ġrieħi gravi wara ħabta fiż-Żejtun

L-inċident seħħ fi Triq il-President Anton Buttigieg

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt u tifla ta’ 3 snin qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun.

Kien għall-ħabta tat-8:00am, meta seħħet ħabta bejn karrozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena u vettura misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Polonja.

Fil-karozza misjuqa mill-Pollakk kien hemm mara ta’ 37 sena, tifla ta’ 10 snin u tifla ta’ tliet snin.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet l-Isptar lill-mara u anke lit-tifla ta’ 3 snin.

L-irġiel u t-tifla ta’ 10 snin ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka