Tifla ta' seba' snin bi ġrieħi gravi wara li tittajjar minn karozza

L-inċident seħħ f'Birkirkara fi Triq F. S. Caruana

Illum, għall-ħabta tan-12:30 p.m il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq F. S. Caruana, Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifla ta’ seba’ snin sfat milquta minn karozza tat-tip Nissan March, misjuqa minn mara ta’ 47 sena, residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin.

More in Kronaka