Sentejn ħabs wara li hedded u weġġa' tliet uffiċjali tal-Pulizija u tabiba

L-akkużat wieġeb ħati għal akkużi miġjuba kontrih

Marsalforn, Għawdex
Marsalforn, Għawdex

Raġel ta' 28 sena li l-ġimgħa l-oħra qala' pandemonju sħiħ fil-Bajja ta' Marsalforn ġie kkundannat sentejn ħabs u mmultat €5,000.

L-akkużat mwieled l-Eritrea u residenti ż-Żebbuġ Għawdex kien akkużat li kiser il-kwiet u l-paċi pubblika, irreżista, hedded u li kkaġuna ġrieħi ta' natura ħafifa fuq tliet uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.

Iżda mhux biss hekk kif jidher li l-akkużat ħebb, hedded u kkaġuna ġrieħi lil-tabiba waqt li huwa kien fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.

Fil-Qorti huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u llum ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs u ġie mmultat €5,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci. ​

More in Kronaka