Żagħżugħ jaqa' minn fuq scaffolding fil-Fgura

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Kitba, il-Fgura

Żagħżugħ ta' 20 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq scaffolding fi Triq il-Kitba, il-Fgura.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 20 sena mill-Guinea, għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma Mater Dei.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka