Ir-raġel li miet f'St Peter's Pool għandu 64 sena u residenti ż-Żejtun

Ġie identifikat ir-raġel li lbieraħ miet wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum

Ir-raġel li lbieraħ miet f'St Peter's Pool ġewwa Delimara ġie identifikat bħala anzjan ta' 64 sena residenti ż-Żejtun.

L-anzjan tilef ħajtu meta sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum.

Huwa ttella' mill-baħar iżda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka