Żewġ żgħażagħ iweġġgħu gravi wara ħabta ma' arblu tad-dawl

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta' filgħaxija fi Triq id-Daħla ta' San Tumas f'Wied il-Għajn

Żagħżugħ u tfajla ta' 20 sena qed isofru minn ġrieħi gravi wara li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u baqa' dieħel f'arblu tad-dawl. 

It-tfajla ta' 20 sena kienet passiġġiera maż-żagħżugħ.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta' filgħaxija fi Triq id-Daħla ta' San Tumas f'Wied il-Għajn.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka