Żagħżugħ iweġġa' wara ħabta bejn żewġ opri tal-baħar biswit Kemmuna

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, b'żagħżugħ ta' 27 jispiċċa l-Isptar

Żagħżugħ ta' 27 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ opri tal-baħar bejn Kemmuna u l-port tal-Imġarr.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija meta seħħ impatt bejn dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Maċedonja residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti n-Naxxar u li flimkien miegħu kien hemm mara ta’ 35 sena residenti n-Naxxar ukoll.

Ir-raġel ta’ 27 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċeritifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Iż-żewġ persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LL.D. li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

 

 

More in Kronaka