Traġedja oħra fit-toroq ... tifla ta' 10 snin titlef ħajjitha

Tifla titlef ħajjitha ftit biss wara inċident fil-Manikata ...

Ix-xena tal-inċident | Ritratt ta' tvm.com.mt
Ix-xena tal-inċident | Ritratt ta' tvm.com.mt

Inċident traġiku seħħ ilejla għall-ħabta tal-5.30pm, fin-niżla tal-Manikata. Tifla kienet ma’ oħtha u missierha meta dan tilef il-kontroll tal-vettura u nqalbet. Jidher illi karozza misjuqa minn turisti kienet tiela’ wrong way fit-triq bejn il-Manikata u Popeye Village.

Eventwalment il-karozza tat-turisti bdiet tirriversja meta sarilha sinjal minn vettura oħra li qed issuq wrong way. Ftit tal-ħin wara, tfaċċat il-vettura li kien qed isuq il-missier b’żewġt itfal li jidher li ma rax fil-ħin liż-żewġ karozzi qed jimxu bil-mod. B’konsegwenza ta’ dan is-sewwieq żamm il-brejk f’daqqa u għal xi raġuni nqaleb bil-karozza li baqgħet titkaxkar għal madwar 50 metru.

Fil-karozza kien hemm it-tifla ta’ 10 snin li ttieħdet b’urġenza kbira lejn l-isptar Mater Dei, iżda sfortunatament hija tilfet ħajjitha ftit tal-ħin wara.

More in Kronaka