Anzjana ta' 81 sena tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imsida

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

Mara anzjana ta' 81 sena ttajret minn vettura fI Triq ix-Xatt, l-Imsida.

Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:50 am. 

 Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara Taljana ta’ 81 sena, sfat milquta minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena, residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

More in Kronaka