Għawwiema jittellgħu mill-baħar f'Birżebbuġa wara li ntlemħet ħuta kbira

Il-Forzi Armati ta' Malta għaddejin bit-tfittxija biex ikun stabbilit jekk il-ħuta li ntlemħet hijiex ta' periklu

Il-Pulizija kkonfermaw ma' dan is-sit li ntlemħet ħuta kbira minn xi persuni li kienu qed jgħumu fil-bajja l-ġdida ta' San Ġorġ f'Birżebbuġa.

Jidher li bħala prekawzjoni, l-għawwiema kollha ttellgħu mill-baħar.

Intant il-Forzi Armati ta' Malta għaddejin bit-tfittxija biex ikun stabbilit jekk il-ħuta li ntlemħet hijiex ta' periklu.

More in Kronaka