Sewwieq anzjan jibqa' dieħel f'erba' karozzi pparkjati; Anzjana l-isptar

L-anzjana ta’ 70 sena residenti Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi

Anzjana ta’ 70 sena residenti Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, Ħal Qormi.

Jirriżulta li s-sewwieq, anzjan ta’ 84 sena tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ erba’ vetturi oħra li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar.

Is-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka