Elezzjoni MFA | Bjorn Vassallo jħabbar li se jikkontesta għall-President tal-MFA

L-elezzjoni tal-MFA se ssir ix-xahar id-dieħel

Bjorn Vassallo
Bjorn Vassallo

Bjorn Vassallo direttur tal-FIFA għadu kemm ħabbar li se jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni tal-Malta Football Association (MFA) għar-rwol ta’ President. Huwa għamel dan f'kummenti li ta lis-sit LovinMalta.

Fil-passat Vassallo okkupa kariga fl-MFA sakemm fl-2016 irriżenja minn Segretarju Ġenerali sabiex jieħu pożizzjoni fil-FIFA.

Kienet din il-gazzetta li fit-12 ta’ Marzu li għadda rraportat kif il-President attwali Norman Darmanin Demajo ma kienx se jikkontesta l-elezzjoni ta’ Lulju li ġej. Dakinhar sorsi li tkellmu mal-ILLUM kienu spjegaw kif Id-Dede mistenni ‘jċedi’ postu lil Bjorn Vassallo.

Xahar wara, Darmanin Demajo kemm ħabbar illi mhux se jikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-MFA li se ssir f'Lulju li ġej.

Il-kandidat l-ieħor li mistenni jikkontesta għall-President tal-MFA huwa Chris Bonnett, avukat, eks-Viċi President tal-MFA u impjegat tal-UEFA.

More in Kronaka