Mara tinqabad taħt it-terrapien hekk kif jaqa’ l-appartament tagħha

Mara tittieħed Mater Dei wara li l-apartament tagħha fil-Mellieħa jikkollassa

Il-blokka ta' żewġ appartamenti li waqgħet
Il-blokka ta' żewġ appartamenti li waqgħet

Il-ġurnata bdiet ferm kerha għal anzjana mill-Mellieħa hekk kif inqabdet fl-appartament li fih tgħix li waqa’ kmieni filgħodu, għall-ħabta tas-6:00 a.m.

Il-binja ta’ erba’ sulari tinsab fejn ix-Shoppers Supermarket fit-triq prinċipali tal-Mellieħa li tieħdok fil-qalba ta’ dan ir-raħal. Il-binja ilha mibnija 20 sena biss u kien fiha żewġ appartamenti biss.

Il-Pulizija u l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanzi kienui fuq il-post. Wara li evakwaw lill-mara, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili bdew jagħmlu aktar tfittxijiet fil-ħerba biex ikunu salvati xi klieb u biex jaċċertaw illi ma kienx hemm aktar nies maqbudin taħt it-terrapien.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei.

Maġenb il-binja li waqgħet għaddej xogħol ta’ kostuzzjoni.

Dan huwa t-tieni inċident simili fl-aħħar xhur hekk kif blokka ta’ appartamenti waqgħet riċentement fi Gwardamangia. Hemmhekk ukoll il-binja li waqgħet kienet maġenb sit ta’ kostruzzjoni. Fortunatament in-nies irnexxilhom jaħarbu hekk kif ma kinux fil-parti tal-blokka li waqgħet. Dak tal-lum fil-fatt huwa t-tieni li waqa’ fl-aħħar tliet xhur.  

Dan l-inċident qajjem rabja liema bħalha fuq il-midja soċjali b’bosta jwaħħlu fl-industrija tal-kostruzzjoni u n-nuqqas ta’ infurzar.

 

 

More in Kronaka