Barbier jinqabad b'aktar minn 4,000 flixkun xorb li ddaħħlu Malta bil-kuntrabandu

Is-sid ma kellu l-ebda reġistrazzjoni neċessarja biex ikun jista' jimporta jew ibigħ dan ix-xorb

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom jagħmlu sejba ta' 'l fuq minn 4,134 flixkun ta' xorb mhux alkoħoliku li ddaħħal Malta bil-kuntrabandu.

Is-sejba saret f'maħżen fis-Swatar li kien qiegħed jintuża minn barbier biex fih jaħżen il-prodotti tiegħu.

Is-sid ma kellu l-ebda reġistrazzjoni neċessarja biex ikun jista' jimporta jew ibigħ dan ix-xorb.

Is-sejba saret wara ħidma konġunta mal-Joint Enforcement Task-force (JET).

More in Kronaka