Raġel li seraq mowbajl jingħata sentenza sospiża għal erba' snin

Ir-raġel m'għandux impjieg u seraq minn San Ġiljan ...

Raġel ta' 25 sena li m'għandux saqaf fuq rasu u li seraq mowbajl ingħata sentenza sospiża fil-Qorti dalgħodu. 

Ir-raġel, li huwa refuġjat mis-Somalja, deher quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat b'serq aggravat ta' mowbajl f'San Ġiljan.

 L-Avukat tal-Għajnuna Legali sostna li r-raġel ikkopera mal-pulizija u diġa rritorna l-affarijiet illi seraq. 

Il-Qorti sabet lill-akkużat ħati u kkundannatu għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba' snin. 

L-Ispettur Joseph Xerri mexxa l-prosekuzzjoni. 

More in Kronaka