Żagħżugħ ta' 17-il sena jaqa' tliet sulari f'sit ta' kostruzzjoni f'Ħal Qormi

Jintbagħat l-Isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi serji

Illum, għall-ħabta tal-10 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Ħafur, Ħ’Attard.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ġuvni ta’ 17-il sena residenti Ħal Qormi waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħolijiet f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka