Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f'San Ġwann

Jidher li l-anzjana ttajret minn vettura misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti San Ġwann stess

Anzjana tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fi Triq in-Naxxar f’San Ġwann.

L-inċident seħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn.

Jidher li l-anzjana ttajret minn vettura misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti San Ġwann stess.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard  ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka