Ħabta tħalli sewwieq ta' mutur isofri ġrieħi gravi

Il-ħabta seħħet dalgħodu fi Triq il-Priċipessa Margerita fl-Imsida

Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Prinċipessa Margerita, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawasaki Ninja 250R misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Kirkop u vettura tat-tip Landrover Freelander misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka