Ħaddiem iweġġa' wara li waqgħet fuqu għodda tal-ħadid

Il-każ seħħ fi Triq il-Kappuċini fil-Furjana

Raġel ta’ 40 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet fuqu biċċa għodda tal-ħadid f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kappuċini fil-Furjana.

Ir-raġel, Serb li jgħix l-Imsida, ittieħed immedjatament Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga.

More in Kronaka