Eks imħallef se janalizza l-aħħar messaġġi li rċeviet Daphne Caruana Galizia

Din id-deċiżjoni ħaditha l-Qorti dalgħodu, wara qbil milħuq bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża

L-Imħallef irtirat Michael Mallia se jkun qed janalizza l-messaġġi li rċeviet il-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia biex jiddeċiedi jekk dawn kinux theddid u dan filwaqt li jipproteġi s-sorsi tagħha.

Din id-deċiżjoni ħaditha l-Qorti dalgħodu, wara qbil milħuq bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża, hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni ta’ evidenza fil-każ tat-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Kien l-Ispettur Kurt Zahra, mill-iskwadra dwar l-omiċidji, li talab lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit biex il-Qorti taħtar espert, eks imħallef jew maġistrat li ħadet fil-qasam tal-liġi kriminali.

F’seduti oħra, l-espert tal-Qorti Martin Bajada, li niżżel data mill-istess mowbajl, qal li ma kellux l-awtorizzazzjoni biex janalizza jekk il-messaġġi setgħux jitqiesu bħala theddida jew le, u dan wara mistoqsija tad-Difiża.

Il-kompilazzjoni tal-evidenza se tkomli fit-22 ta’ Mejju.

More in Kronaka