Raġel iweġġa' gravi wara li waqa' minn fuq żiemel

Iż-żiemel miet fuq il-post tal-inċident

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq żiemel dalgħodu fil-Korsa tal-Marsa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu.

Ir-raġel li għandu 59 sena minn Ħal Luqa, ittieħed Mater Dei għall-kura.

Iż-żiemel miet fuq il-post tal-inċident.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka