It-testijiet tat-teorija għall-liċenzja tas-sewqan lura għan-normal minn għada

TM’ kellha tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn kienu jsiru dawn it-testijiet kien parti minn  din il-binja li ġġarfet.

It-testijiet tat-teorija għal licenzja tas-sewqan lura għan-normal minn għada t-Tlieta 30 t’April 2019 fil-post il-ġdid f’114, t-Telgħa ta’ Gwardamanġa fil-Pieta`, faċċata tal-uffiċju l-antik.

Transport Malta ħadet azzjoni immedjata biex tnaqqas l-inkonvenjent lil pubbliku u bdiet l-arranġamenti neċessarji biex issib post alternattiv immedjatament wara li ġġarfet binja fi Gwardamanġa il-ġimgħa l-oħra.  L-Awtorita’ kellha tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn kienu jsiru dawn it-testijiet kien parti minn  din il-binja li ġġarfet.

Infakkru li l-ħinijiet tal-ftuħ huma:

Fix-xitwa – 1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Ġunju (tel 21 227 190)

Ħinijiet tal-ftuħ                            

Skeda tal-eżami

It-Tnejn – mit-8:00am sal-4:00pm

It-Tlieta – mit-8:00am sal-4:00pm

L-Erbgħa – mit-8:00am sas-6:00pm

Il-Ħamis – mit-8:00am sal-4:00pm

Il-Ġimgħa – mit-8:00am sas-2:00pm

It-Tnejn – mit-8:00am sat-3:00pm

It-Tlieta – mit-8:00am sat-3:00pm

L-Erbgħa – mill-11:00am sal-5:00pm

Il-Ħamis – mit-8:00am sat-3:00pm

Il-Ġimgħa – mit-8:00am sas-1:00pm

 

Fis-sajf – 1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru (tel 21 227 190)

Ħinijiet tal-ftuħ                            

Skeda tal-eżami

It-Tnejn – mit-8:00am sas-1:00pm

It-Tlieta – mit-8:00am sal-4:00pm

L-Erbgħa – mit-8:00am sal-4:00pm

Il-Ħamis – mit-8:00am sas-1:00pm

Il-Ġimgħa – mit-8:00am sas-1:00pm

 

It-Tnejn – mit-8:00am sa nofsinhar

It-Tlieta – mit-8:00am sat-3:00pm

L-Erbgħa – mill-11:00am sal-5:00pm

Il-Ħamis – mit-8:00am sa nofsinhar

Il-Ġimgħa – mit-8:00am sa nofsinhar

More in Kronaka