Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet it-taraġ tad-dar

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq il-Kbira, Sqaq Nru 4, Ħal Qormi

Anzjana ta’ 76 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet it-taraġ tad-dar tagħha f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq il-Kbira, Sqaq Nru 4, Ħal Qormi.

Il-vittma ttieħdet Mater Dei fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka