Ħajt jaqa' fuq żagħżugħ ta' 24 sena fis-Swieqi

Hu mifhum li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħlijiet ta' kostruzzjoni

Żagħżugħ ta' 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' ħajt fuqu f'sit ta' kostruzzjoni.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa u nofs, fi Triq F. Vidal, is-Swieqi.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu liż-żagħżugħ mis-Senegal u ssejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet ta-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka