Moskea f'Ġerusalemm tinħaraq fl-istess ħin eżatt li kien qed jinħaraq in-Notre Dame

Il-Moskea Al-Asqa tieħu n-nar ilbieraħ, fl-istess ħin li l-Katidral Notre Dame kien qed jieħu n-nar

Kumbinazzjoni kerha ħafna, imma wara li d-dinja kienet għajnejha fuq in-Notre Dame, issa jirriżulta li fl-istess ħin il-moskea Al-Asqa f'Ġerusalemm ukoll kienet qed taqbad. In-nar, bħal f'Pariġi wkoll huwa mifhum li kien aċċidentali.  

Nirien u dħaħen iddominaw is-smewwiet minn fuq is-sala magħrufa bħala Marwani Hall, minn fejn beda n-nar.

L-aħbarijiet irrappurtaw kif in-nirien kienu mitfija b'suċċess.

Il-Moskea, li għandha 2,000 sena, tinsab f'Haram Al Sharif, fil-belt antika lvant ta' Ġerusalemm u hija sit ta' qima għal tliet reliġjonijiet dfferenti: Il-Ġudaiżmi, il-Kristjaneżmu u l-Iżlam.  

More in Kronaka