Filmat | Nirien jaħkmu l-Katidral ta' Notre Dame f'Pariġi

Nirien jaħkmu l-Katidral ta' Notre Dame ... jaqa' parti mis-saqaf

Nirien ħakmu l-Katidral famuż ta' Notre Dame f'Pariġi biex wara nofsinhar f'ħin minnhom il-Katidral deher illi nbela' fil-fjammi tan-nirien.

Mal-ħin waqa' s-saqaf tal-katidral hekk kif l-ħaddiema tat-tifi tan-nar għaddejjin b'attentati kważi ddisprati biex iwaqqfu n-nirien li għadhom qed jagħmlu ħsara lil dan il-monument Franċiż u internazzjonali. Għall-bidu kien hemm biża' li n-nirien jistgħu saħansitra jinfirxu għal wieħed mill-kampnari u allura s-sitwazzjoni tiggrava u Notre Dame ma jkunx jista' jiġi salvat, imma mal-ħin in-nar kien ikkontrollat u l-istruttura salvata. Iż-żona tal-madwar kienet evakwata.

Ritratt fuq is-sit CNBC juri nirien kbar fuq in-naħa ta' wara tal-Katidral
Ritratt fuq is-sit CNBC juri nirien kbar fuq in-naħa ta' wara tal-Katidral

Intant messaġġi ta' solidarjetà deħlin minn kull rokna tad-dinja tal-punent hekk kif dan il-Katidral Katoliku jinsab taħt in-nar, fosthom mil-President Amerikan Donald Trump, mill-Prim Ministru Ingli Theresa May kif ukoll mill-Vatikan li esprima d-dwejjaq għal dan l-inċident li ra mijiet ta' snin f'arti u arkittetura sfaw meqrudin. 

More in Kronaka