Il-Pulizija jmorru jfittxu anzjan u jsibuh mejjet fl-appartament tiegħu

Kienu qraba tal-anzjan li rrappurtaw li kienu ilhom jumejn ma jisimgħu mingħandu

Raġel anzjan ta’ nazzjonalita barranija nstab mejjet f’appartament fix-Xlendi tard ilbieraħ filgħaxia.

F’kummenti mal-midja, il-Pulizija saħqet li ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ vjolenza fuq il-katavru u x’aktarx li l-anzjan miet mewta naturali, għalkemm il-kawża tal-mewt għadha mhux magħrufa.

Jidher li l-Pulizija marru fl-appartament tal-anzjan wara li qraba tiegħu għamlu rapport għax kienu ilhom jumejn ma jisimgħu b’aħbaru.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga każ

More in Kronaka