Raġel arrestat f'Malta bħala parti minn operazzjoni kbira f'14-il pajjiż

Operation Webmaster tiffoka fuq il-flejjes li joriġinaw minn kriminalità organizzata

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat f’Malta bħala parti minn operazzjoni kbira bl-isem “Operation Webmaster” ġewwa 14-il pajjiż.

L-operazzjoni msemmija kienet ikkoordinata mill-Eurojust u l-Europol.

Operation Webmaster tiffoka fuq il-flejjes li joriġinaw minn kriminalità organizzata.

Wara xhur ta' sorveljanza, ir-raġel ġie arrestat fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew u Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea.

Ġewwa pajjiżna, din l-operazzjoni kienet ikkoordinata bejn l-Intelligence Unit, l-Economic Crimes Unit, il-Vice Squad, l-International Relations Unit assistiti mill-iSpecial Intervention Unit.

 Bħalissa qed isiru tfittxijiet u  r-raġel ser jitresaq l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

More in Kronaka