Sewwieq ta' mutur iweġġa' biex jevita arblu li kien għadu kemm daħal fih vann

Il-każ seħħ fi Triq l-Avjazzjoni f'Ħal Luqa

Raġel ta' 50 sena weġġa' meta prova jevita arblu tat-traffic lights li kien għadu kemm ħabat miegħu żagħżugħ ta' 27 sena.

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq l-Avjazzjoni f'Ħal Luqa.

Jidher li ż-żagħżugħ ta' 27 sena residenti Ħ'Attard tilef il-kontroll tal-vann li kien qed isuq u ħabat ma arblu tat-traffic lights.

Dan wassal lis-sewwieq tal-mutur biex jitlef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq biex jevita l-istess arblu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka