Raġel iweġġa' wara li waqa' sular fl-Imġarr

Il-każ seħħ ilbieraħ f'residenza fi Triq San Pawl

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' madwar sular f'residenza fi Triq San Pawl, fl-Imġarr.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8:00pm meta r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol fir-residenza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 57 sena l-Isptar Mater Dei.

 Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.

More in Kronaka