Raġel iweġġa' wara ġlieda f'ristorant fl-Imġarr

Il-każ seħħ ilbieraħ meta grupp ta' rġiel kellhom xi jgħidu

Raġel ta’ 56 sena sofra xi ġrieħi wara ġlieda bejn diversi persuni f’ristorant fl-Imġarr.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq il-Magħkuba.

Il-Pulizija ssejħu fuq il-post fejn ikkontrollaw il-ġlieda.

Ir-raġel ta’ 56 sena mill-Imsida ttieħed Mater Dei u kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka