Imut l-anzjan li lbieraħ inqaleb bil-karozza fil-Marsa

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00am fi Triq Aldo Moro

Tilef ħajtu l-anzjan ta’ 76 sena, li kien ilu mill-bieraħ jissielet għall-ħajtu wara li lbieraħ kien involut f’ħabta fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00am meta l-karozza misjuqa mill-anzjan tilfet il-kontroll u ħabtet mal-barrier fil-ġenb tat-triq bl-impatt tant kien qawwi li l-karozza nqalbet.

L-anzjana ta’ 74 sena li kienet passiġġiera miegħu ġarrbet ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

More in Kronaka