Anzjan jaqa' għoli f'sit ta' kostruzzjoni

Il-każ seħħ illum waranofsinhar fi Triq Dragonara f’San Ġiljan

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Anzjan ta’ 63 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dragonara f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa.

L-anzjan kien qed jagħmel xi xogħlijiet meta waqa’ xi għoli.

Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili u anke Ambulanza li ħadet lill-anzjan Mater Dei għall-kura

More in Kronaka