Żewġ anzjani Qriema jittajru minn karozza dalgħodu

Ittieħdu l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħataw assistenza medika ...

Illum, għall-ħabta tas-7:00 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li mara ta’ 33 sena residenti Ħal Qormi kienet qed isuq il-vettura tal-għamla Ford Fiesta u għal xi raġuni laqtet mara ta’ 72 sena u raġel ta’ 73 sena, it-tnejn residenti Ħal Qormi. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittmi l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qed issofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.  
 

More in Kronaka