Mara ta' 31 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fil-Ħamrun

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30pm fi Triq il-Kappillan Mifsud

Mara ta' 31 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30pm fi Triq il-Kappillan Mifsud.

Jidher li l-mara ta' 31 sena mill-Ingilterra ntlaqtet minn vettura misjuqa minn anzjan ta' 71 sena minn Marsaxlokk.

Ambulanza ħadet lill-mara Mater Dei fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka