Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi wara inċident f'Ħal Balzan

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30pm fi Vjal De Paule

Anzjan ta' 62 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Vjal De Paule f'Ħal Balzan.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30pm.

Jirriżulta li sewwieqa mara ta' 40 sena minn Ħal Balzan ħabtet mal-anzjan li kien qiegħed isuq mutur.

Ambulanza ħadet lill-anzjan Mater Dei fejn qed jinżamm għall-kura.

More in Kronaka