Raġel jhedded lill-ommu u lill-oħtu minħabba ikel li kien skada

Jinżamm taħt arrest, hekk kif qabel dan l-inċident kien hedded lill-ommu b'imqass

Raġel ta' 28 sena minn Marsaskala inżamm taħt il-kustodja tal-Pulizija wara li hedded lill-ommu u l-oħtu li jniffidhom. 

Ir-raġel mill-Latvja deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużat illi hedded lil dawn iż-żewġ nisa minħabba ikel skadut. 

Il-Qorti semgħet kif din ma kinistx l-ewwel darba li l-Pulzija rċevew rapporti ta' vjolenza domestika fuq dan ir-raġel, hekk kif kien hedded lill-ommu b'imqass. 

L-Avukat tar-raġel Joe Bonnici qal li r-raġel mhux qed jaċċetta l-ħtija u sostna li dan ir-raġel għandu problemi psikjatriċi li kellhom bżonn attenzjoni medika. 

More in Kronaka