Erba' persuni jweġġgħu waqt ġlieda b'ħadida fl-inħawi tal-Fosos

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa fi Triq San Publju il-Furjana

Erba' persuni kellhom bżonn il-kura wara ġlieda bejn għadd ta' persuni li seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa fi Triq San Publju il-Furjana.

Il-Pulizija rċeviet rapport li kien qam argument bejn ammont ta' persuni fl-inħawi tal-Fosos tal-Furjana fejn allegatament intużat ukoll ħadida.

Erba' persuni ddaħħlu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn żewġt irġiel u mara ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief, filwaqt li żagħżugħ ta' 26 sena, residenti Ħal Qormi ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka