Il-Pulizija u tas-CPD b'ħidma madwar il-pajjiż kollu hekk kif il-maltemp qawwi jippersisti

Triq f'San Ġiljan tingħalaq filwaqt li l-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili b'ħidma qawwija madwar il-pajjiż 

Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali dwar il-Pulizija | Ritratt: Malta Police Association
Ritratt li qed idur fuq il-midja soċjali dwar il-Pulizija | Ritratt: Malta Police Association

Filwaqt li eluf ta' nies qed isegwu dak koll;ui linqed jiġri fil-pajjiż illum mid-dar jew minn quddiem il-laptop jew mowbajl, il-Forzi tal-Ordni qed iduru mal-pajjiż f'ħidma ma' taqta' xejn hekk kif nies saħansitra inqabdu fil-karozzi f'ċerti żoni hekk kif beda tiela' l-mewġ. 

Fil-fatt il-Pulizija kkonferjat illi f'San Ġiljan numru ta' toroq kellhom jingħlaqu minħabba ammont kbir ta' ilma li tiela u allura l-periklu li dan beda joħloq. Ikkonfermaw ukoll li qed issir ħidma qawwija mill-Pulizija tad-Distrett hekk kif gabbana litteralment saret biċċiet u ġiet kollha fit-triq. 

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) wkoll għaddejjin b'gidma qawwija hekk kif kullimkien qed jinqalgħu jew jaqgħu siġar li allura qed jimblukkaw lit-toroq. 

Fi stqarrija fil-fatt ingħad illi b'kollox saru 300 talba lis-CPD. L-operazzjonijiet jinkludu tqattigħ ta’ siġar, tneħħija ta’ panelli, soqfa, ħitan u tabelli li waqgħu bir-riħ, għargħar, fost oħrajn.

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jirringrazzja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Korp tal-Pulizija, lill-Forzi Armati ta’ Malta, lill-ħaddiema tal-Enemalta u l- ħaddiema tal-Environmental Landscapes Consortium (ELC), għaqdiet mhux governattivi u voluntiera li qed jaħdmu bla waqfien għas-sigurtà tal-Maltin u l-Għawdxin.

More in Kronaka