Triq it-Torri mblukkata b'siġra ... riħ qawwi ħafna fis-sigħat li ġejjin

Siġra tinqala' u timblukka triq ewlenija hekk kif ir-riħ qed jiżdied u se jilħaq il-qofol illum il-Ħadd

Is-siġra li qed timblokka Triq it-Torri
Is-siġra li qed timblokka Triq it-Torri

Siġra qed timblokka Triq it-Torri kważi ħdejn il-Balluta. Mir-ritratt jidher illi is-siġra nqalgħet minn postha u spiċċat f'nofs ta' triq probabilment sforz riħ qawwi li qed jaħkem lil pajjiżna bħalissa.. 

Intant dalgħodu, skont is-sit windfinder.com ir-riħ mistenni jkompli jkun qawwi ħafna u jilħaq livelli għoljin ħafna ta' Forza 9 jew saħansitra Forza10

More in Kronaka